Lokali

“Il-co-option kienet biss ħadma Makjaveljana” – Mario Thomas Vassallo

Kundanna qawwija fuq is-Super One

Kien hemm ħadma. Kienet strateġija predeterminata. Makjavelliżmu.

Hekk stqarr Mario Thomas Vassallo, Lettur fl-Univerista’ ta’ Malta, meta kien qed janalizza l-gurnali fuq l-istazzjon laburista fejn ikkummenta dwar il-manuvri biex il-Prim Ministru Robert Abela jagħżel deputat tiegħu minn wara dahar kulħadd. B’Vassallo jgħid li l-poplu ma tistax titrattah ta’ imbeċilli.

Fuq it-televizjoni Laburista, Mario Thomas Vassallo insista għal aktar minn darba li din tal-co-option kienet ħadma. Bil-Prim Ministru jibqa’ jiddefendi l-mossa li għamel fuq is-7 Distrett – il-ġurament u r-riżenja ta’ Gavin Gulia mill-Parlament f’temp ta’ 60 sekonda.

Fl-aħħar jiem, aktar membri tal-Kabinett komplew jikkonfermaw ħadd ma kien jaf b’din il-ħadma – manuvra tal-Prim Ministru minn wara dahar kulħadd.

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/post/332397264582085/