Lokali Parlament

Il-Gvern jaħbi dwar ix-shooting range f’Ta’ Kandja

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-Gvern għandu ħafna x’jaħbi fuq kif saru ċertu xogħlijiet fix-shooting range f’Ta’ Kandja.

Fl-Aġġornament tal-parlament hu qal li l-Gvern mhux iwieġeb dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ proġetti sportivi li jkunu tlestew. Min refa’ r-responsabbiltà politika dwar ix-shooting range f’Ta’ Kandja fejn hemm rapport tal-Awditur Ġenerali li jispeċifika nuqasijiet serji ta’ inkompetenza? F’24 siegħa minn meta ħareġ dan ir-rapport is-Segretarju Parlamentari ipprova jiddefendi l-indifensibbli.

Hu kompla li s-Segretarju Parlametnari qal li kien hemm xogħol ta’ livell ogħli iżda sal-lum Range Numru 4 għadha magħluqa. Dan hu proġett li sewa ħafna minn dak stmat iżda mhux magħruf għaliex din ir-range għadha magħluqa b’detriment għat-tiraturi.

Flok ħareġ stqrarija bil-verità, is-Segretarju Parlamentari pprova jsib l-iskużi għaliex l-Awdiutr ġenerali kienq al li dan il-proġett sar fi żmien limitat. Kien hemm stimi li marru ‘l bogħod minn dak proġett; għalhekk il-Gvern għandu jippreżenta ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet li saru. Kien hemm anki ksur tal-liġi bil-prociurment f’dan il-proġett.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-proġetti sportivi m’għandhomx isiru biss minħabba l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar iżda għaliex ikunu meħtieġa u biex il-qasam sportiv ikun elevat. Il-Prim Ministru ma jridx jagħti spinta ‘l fuq lill-isport billi jitwaqqaf Ministeru għall-Isport. Il-proġett tax-shooting range kellu nuqqasijiet serji; mhux aċċettabbli li ma jingħatawx ir-risposti.

Hu tkellem dwar il-COVID u qal li kien ktieb lill-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja fejn talabha tikkunsidra l-iskariċċ tar-residenti tat-12-il distrett li qed ikollhom joqgħodu fil-kjuwijiet fil-klinika tal-Mosta biex jingħataw il-vaċċin. Hu appella biex il-vaċċin jingħata fil-Berġa tal-Mellieħa.

Robert Cutajar appella biex anki l-anzjani li jgħixu mal-persuni li jinsabu fis-sodda jingħataw il-vaċċin id-dar stess u biex il-koppji anzjani jingħataw il-vaċċini bl-istess appuntamenti.