Lokali Qorti

ILLUM: Joseph Muscat imħarrek il-Qorti dwar il-kawża tal-isptarijiet

Tkompli l-kawża li kien fetaħ l-eks Kap tal-PN Adrian Delia

Illum, l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat se jkun imħarrek fil-Qorti, hekk kif tkompli l-kawża li kien fetaħ l-eks Kap tal-PN Adrian Delia biex l-isptarijiet jirritornaw kompletament f’idejn il-poplu.

Apparti Muscat, anke d-Deputat Konrad Mizzi hu msejjaħ biex jixhedfil-kawża tal-Vitals.

Dan id-deal diġa’ sewa lill-pajjiż miljuni kbar ta’ ewro mit-taxxi tagħna. U issa, kif żvelat il-gazzetta ‘il-mument’ jiem ilu, għaddejin trattattivi minn wara dahar il-poplu biex il-ftehim jinbidel. Dan kien konfermat ukoll mill-Prim Ministru meta l-ġimgħa li għaddiet affaċjajnih bid-domandi tagħna.

L-aħħar darba li Muscat u Mizzi kienu mħarrka f’din il-kawża, Joseph Muscat kien qal li imsiefer u Mizzi qal li mar jagħmel test tal-Covid.

Dan il-kuntratt tal-isptarijiet diġa’ ġie kkundannat mill-Awditur Ġenerali f’rapport iebes li jipponta lejn konfoffa u manuvri ma’ persuni li lanqas biss kellhom minuta esperjenza fis-settur tas-saħħa.