Basketball Sport

Impenn internazzjonali għar-referee tal-basketball Bernard Vassallo

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo matul din il-ġimgħa se jkun impenjat biex jikkontrolla l-partiti validi mit-tieni bubble tal-FIBA Euro League femminili li se jintlagħbu fil-Palais des Sports du Prado f’Bourges fi Franza.

Matul ix-xahar li għadda Vassallo kien ukoll impenjat fi tliet partiti matul l-ewwel rawnd fi Grupp B tal-istess kompetizzjoni f’Istanbul fit-Turkija. F’din l-okkażjoni, Vassallo se jkun wieħed minn disa’ referees li se jikkontrollaw il-partiti mit-tieni rawnd fi Grupp D, fi grupp li jikkonsisti mill-leaders preżenti l-Ungeriżi ta’ Sopron, it-tim qawwi Tork Galatasaray u ż-żewġ rivali Francizi Bourges u Landes. Dawn se jilgħabu rawnd sħiħ ta’ logħob waqt is-sitt ijiem tal-‘bubble’ li jiġi organizzat taħt protokoll strett kontra l-COVID19 impost mill-istess FIBA.