Futbol Sport

Inter jirbħu d-‘Derby D’ Italia’

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa faċli ta’ 2-0 fuq Juventus biex b’hekk laħqu lil Milan fil-quċċata tal-klassifika b’40 punt, b’Milan ikunu impenjati kontra Cagliari għada filgħaxija. L-eks tal-partita ARTURO VIDAL fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b’daqqa ta’ ras preċiża, biex NICOLO BARELLA fit-52 minuta għamilhom 2-0 b’konklużjoni b’saħħitha fuq pass fit-tul ta’ Bastoni.

Napoli rritornaw għar-rebħ bil-kbir hekk kif għelbu lil Fiorentina 6-0. Il-gowls ta’ Napoli waslu permezz ta’ dopjetta ta’ LORENZO INSIGNE fil-5 u t-72 minuta, DIEGO DEMME fis-36 minuta, HRIVING LOZANO fit-38 minuta, PIOTR ZIELINSKI fil-45 minuta u MATTEO POLITANO minuta mit-tmiem.

SERIE A

Il-Ġimgħa: Lazio v Roma 3-0 Is-Sibt: Bologna v Verona 1-0, Torino v Spezia 0-0, Sampdoria v Udinese 2-1 Ilbieraħ: Napoli v Fiorentina 6-0, Crotone v Benevento 4-1 , Sassuolo v Parma 1-1, Atalanta v Genoa 0-0, Inter v Juventus 2-0, Illum: Cagliari v Milan 8.45pm