Futbol Sport

Inter mistennija jbiddlu l-isem u l-logo tal-klabb

Inter mistennija jibdlu l-isem tat-tim minn ‘Internazionale’ għal ‘Inter Milano’ kif ukoll mistennija jibdlu l-logo tal-klabb li se jkun sempliċiment l-inizjali tal-isem il-ġdid tal-klabb ‘I’ u ‘M’ minn Marzu li ġej.

Dan it-tibdil qiegħed isir biex il-klabb minn Milan fil-logo u l-isem tiegħu ikollu aktar simboli tal-belt li qiegħed jirrpareżenta. Fi kliem wieħed mill-mexxeja ewelnin tal-klabb, Susing qal li dan qed isir ukoll biex jkun sfruttat bl-aħjar mod is-suq kummerċjali f’mument fejn minħabba l-pandemija naqsu il-profitti.