Futbol Sport

Ivvota għall-unur ta’ TESCOMA l-isbaħ gowl tax-xahar għal Ottubru 2020

Erba’ plejers tal-Kampjonat Premier, minn tliet klabbs differenti, huma l-finalisti għall-unur tal-isbaħ gowl tax-xahar għal Ottubru 2020, sponsorjat minn TESCOMA, tal-programm Replay. Għal staġun ieħor, wieħed mit-tliet programmi ta’ kull ġimgħa tal-aġenzija Replay u li jixxandru fuq Net Television, ‘Replay Preview’ qed jagħti l-opportunitá lid-dilettanti tal-futbol f’Malta, sabiex jagħżlu huma l-isbaħ gowl ta’ kull xahar fil-Kampjonat Premier.

Għal Settembru 2020, l-ewwel rebbieħ ta’ dan l-unur kien l-attakkant u skorer prolifiku ta’ Santa Lucia, Kevin Ante Rosero. Għal Ottubru, it-telespettaturi ta’ Replay għandhom għażla ta’ erba’ gowls sbieħ, li saru minn erba’ plejers differenti. Il-plejers li skorjaw dawn il-gowls f’Ottubru, f’ordni alfabetika huma:

Riccardo Correa Durate (Gzira United F.C.)

Jake Grech (Hibernians F.C.)

Jefferson de Assis (Gzira United F.C.)

Tounkara Diarra Samba (Sirens FC)

Sabiex wieħed jara dawn il-gowls, ta’ dan l-unur speċjali li hu sponsorjat minn TESCOMA, agħfas hawn.

Sabiex wieħed jagħmel l-għażla tiegħu u jivvota għall-isbaħ gowl tax-xahar t’Ottubru 2020, agħfas hawn u tkun qed tidħol f’paġna oħra apposta u li permezz tagħha tkun tista’ tivvota għall-gowl favorit tiegħek.

Din il-votazzjoni tibqa’ miftuħa sa nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2021 sat-8pm. Il-plejer bil-gowl rebbieħ, ikollu servizz speċjali li jidher fil-programm ‘Replay Preview’ tal-Ġimgħa fid-9:30pm fuq Net Television.