Futbol Sport

Kieran Trippier sospiż sal-aħħar ta’ Frar

Id-difensur Ingliż u ta’ Atletico Madrid Kieran Trippier ġie sospiż sal-aħħar ta’ Frar wara li l-CAS ma laqax l-appell tal-klabb wara li kien sospiż minħabba li kiser ir-regoli b’rabta mal-betting.

Fit-23 ta’ Diċembru, l-FA Ingliża kienet sabet lil Trippier ħati li għadda infromazzjoni lil terzi persuni dwar it-trasferiment tiegħu mingħand Tottenham għal ma’ Atletico Madrid fl-2019.

Wara li d-deċiżjoni tal-FA ġiet approvata mill-CAS, Trippier se jkun qed jitlef it-tmien partiti li jmiss ta’ Atletico Madrid fosthom l-ewwel leg mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League li Atletico Madrid se jilgħabu kontra Chelsea.