Mhux kull student li poġġa għall-eżami ta’ EMA1008: Quantitative Analysis for Business 1, ser ikunu qed ifalli l-eżami.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountacy fi ħdan l-Università ta’ Malta – ġiet fil-pussess ta’ screenshots mill-midja soċjali ta’ Facebook Messenger fejn allegatament twettqet konfoffa bejn numru ta’ studenti waqt l-imsemmi eżami sabiex jikkoppjaw u jgħinu lil xulxin.
Madanakollu kelliema għall-FEMA spjegaw li dawk l-istudenti kollha nvoluti ngħataw ċans sabiex jispjegaw ruħhom u d-dritt għas-smigħ li setgħu jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fiċ-chat.
Għaldaqstant, fil-każi fejn irriżulta konfoffa bejn xi studenti, il-bord tad-dixxiplina għamel twissija formali kontra din l-imġieba filwaqt li dawn l-istudenti partikolari ġew penalizzati billi l-marki oriġinali tagħhom tnaqqsu skont il-gravità tal-imġieba.
//= $special ?>