1.45pm: Il-kawża tkompli fit-8 ta’ Frar, meta mistenni jixhed l-eks Ministru Konrad Mizzi. F’kaz li jerga’ ma jkunx jista’ jattendi, il-Qorti ddecidiet li x-xhieda tieghu ssir b’videoconferencing.
1.42pm: L-Avukat Edward Debono talab li l-Awditur Generali jipprezenta lill-Qorti l-addendum ghall-kuntratt, b’valur ta’ €100 miljun.
1.41pm: Tintemm ix-xhieda tal-eks Prim Ministru.
1.36pm: Muscat qal li konvint li Konrad Mizzi m’ghamel xejn li ma kienx maqbul fil-Kabinett.
1.33pm: Muscat jghid li ma kienx qed ifittex biex ibiddel lil Vitals ghax kien kuntent bihom.
1.30pm: Minkejja li kien Prim Ministru, Muscat jghid li ma jafx minfejn gew Steward.
1.22pm: Muscat itenni li Vitals intaghzlet ghax kienet issodisfatt il-kriterji li ntaghzlet ghalih.
1.16pm: Minkejja li kien Prim Ministru, Muscat jghid li ma kienx jaf x’sistema ntuzat mill-Malta Enterprise biex intaghzlu Vitals.
1.12pm: Muscat jghid li ma jiftakarx jekk il-miljuni li Ram Tumuluri (sid Vitals) hux inkluzi fil-€118 miljun li hu stess ammetta li l-Gvern ghadda lil Vitals.
1.05pm: Skont Muscat, l-Isptar Mater Dei hu biss “blokka”. Jghid li “biex inbena Mater Dei domna 20 sena biex intellghu blokka”.
12.58pm: Moghti d-dettalji tal-investimenti li suppost kellha taghmel Vitals, Muscat jghid li m’ghandux dettalji f’idejh u li “ma rridx nilghab charade”.
12.54pm: Adrian Delia jibda jistaqsi lill-eks Prim Ministru. Muscat jghid li l-Gvern xtaq investiment ta’ mijiet ta’ miljuni, izda Vitals ghamel “investiment massicc” ta’ €4 miljun.
12.50pm: Muscat jinsisti li ma l-Gvern immexxi minnu ma hassx li kellu jirrizolvi l-kuntratt ghax, skont hu, intlahqu l-‘milestones’ miftehma.
12.42pm: Muscat jghid li l-mistoqsijiet u l-argumenti maghmula mill-Avukat Debono huma “zobici”. L-Imhallef jappella biex ix-xhieda tkompli ssir b’mod dinjituz kif kien s’issa.
12.40pm: Muscat jghid li ma jiftakarx jekk il-ftehim tal-bejgh tal-ishma minn Vitals ghal Steward kienx ipprezentat lill-Parlament.
12.36pm: Muscat jghid li ta’ Steward, bhala kumpanija Amerikana, uzat lil Malta biex issahhah postha fl-UE.
12.32pm: Muscat jghid li jhoss li ma sarx bizzejjed mis-sidien tat-tliet sptarijet.
12.28pm: Mistoqsi mill-Avukat Debono, Muscat ikkonferma li t-tliet sptarijiet se jibqghu ghand il-privat ghal 90 sena.
12.25pm: Muscat jghid li l-eluf ta’ kuljum kellhom jidhlu mit-turizmu mediku.
12.22pm: L-eks Prim Ministru cahad li dan il-kuntratt ifisser li l-poplu qed ihallas €250,000 kuljum kawza ta’ dan il-ftehim. Kalkolu li ghamel qal li minflok, inghataw €118 miljun jew madwar €64,000 kuljum.
12.16pm: Frisk daqs hassa, Muscat jispjega li l-process ta’ ghazla mexa skont il-procedura stabbilita fil-Kabinett taht ir-responsabbiltà ta’ Projects Malta. L-Avukat Debono, f’isem Adrian Delia, jikkwota xhieda ta’ ufficjali ta’ Projects Malta, li qalu li xogholhom kien biss “biex imexxu karta minn hawn ghal hemm”.
12.12pm: “Mill-memorja nista’ nghid li l-Kabinett kienet saritlu prezentazzjoni u ghazel dwarhom.”
12.10pm: Muscat jghid li kellu l-appogg totali tal-Kabinett, izda jerfa’ r-responsabbiltà politika hu.
12.09pm: Muscat jaghti x’jifhem li dan il-progett inbeda ghax l-Isptar Mater Dei hu tajjeb imma zghir. Jispjega x’suppost kellu jsir fit-tliet sptarijiet pubblici.
12.06pm: “Il-progett kien taht ir-responsabbiltà tal-Ministeru tas-Sahha, izda nirrikonixxi li ‘the buck stops with me’ bhala Prim Ministru ta’ dak iz-zmien.”
12.04pm: L-eks Prim Ministru Joseph Muscat jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda.
12.03pm: Konrad Mizzi qal lill-Qorti b’Rikors li jinsab taht kwarantina obbligatorja minhabba li siefer fil-jiem li ghaddew. L-Avukat Edward Debono qal li jekk darb’ohra l-eks Ministru ma jkunx jista’ jidher quddiem il-Qorti, dan ghandu jixhed b’videoconferencing. Il-Qorti laqghet it-talba, b’Konrad Mizzi se jerga’ jkun imharrek ghas-seduta li jmiss.
12.00pm: Quddiem l-Imhallef Francesco Depasquale tkompli tinstema’ l-kawza tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex it-tliet sptarijiet pubblici – San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Generali ta’ Ghawdex – jinghataw lura lill-poplu. Illum imisshom jixhdu taht tahrika l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Ministru Konrad Mizzi.
//= $special ?>