Futbol Sport

Marsa u Pembroke miżmuma fi draw

Azzjoni mill-partita bejn Pietà u Pembroke (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Vittoriosa Stars……………………….2

Marsa………………………………………2

Riżultat ġust f’partita li kkonfermat il-potenzjal taż-żewġ timijiet b’Marsa jibqgħu fl-ewwel post fil-klassifika iżda fl-istess waqt naqsu f’dan l-istagun milli jgħelbu lil Vittoriosa Stars li fl-ewwel rawnd kienu ħargu rebbieħa bl-iskor ta’ 1 – 0 Fis-26 minuta Vittoriosa Stars fil-vantaġġ. Penalty mgħoti u skurjat minn FARIAS RENAN BIGODE li għeleb lil Nicky Vella. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fil-50 minuta ,Marsa għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ PHILIP CHIRCOP li għeleb lil Ryan Caruana. Fis-66 minuta ż-żewġ timijiet komplew bi plejer anqas wara li r-referee Alex Johnson keċċa lil Joseph Farrugia ta’ Vittoriosa u Josmar Galea ta’ Marsa. Fit-73 minuta Ivan Zammit daħħal bħala sostitut lil LYDON MICALLEF li fid-89 minuta għeleb lil Caruana b’Marsa fil-vantaġġ. Ftit qabel ir-risposta waslet minn Ramon Zammit li fil-85 minuta daħħal bħala sostituti lil DAVID ROJAS SERNA u lil LIAM GAUCI li 30 sekonda mill-gowl tad-draw ta’ Marsa kienu protagonisti fil-gowl tad-draw ta’ Vittoriosa Stars b’ GAUCI bi freekick minn 35 metru għeleb lil Nicky Vella għat 2 – 2.

Pietà H…………………………………3

Pembroke A…………………………..3

Pietà Hotspurs kisbu punt fl-aħħar minuti meta temmew fi draw ta’ 3-3 kontra Pembroke Athleta. PETER PAUL SAMMUT tefa’ lil Pembroke fil-vantaġġ wara tlettax -il minuta. JAMES SCICLUNA ġab id-draw għal Pietà gil-25 minuta. Pembroke jiftħu vantaġġ ta’ żewġ gowls meta PETER PAUL SAMMUT skorja t-tieni gowl personali man-nofsiegħa logħob. JOAO OLIVEIRA PEDRINHO għamilhom 3-1 sitt minuti wara. DIEGO SEGURA daħħal lil Pietà fil-partita fit-73 minuta u fl-aħħar minuti tal-partita, l-istess SEGURA salva punt għal Pietà.

Naxxar Lions…………………..2

Qormi………………………………0

Naxxar Lions telgħu f’nofs il-klassifika b’20 punt wara li għelbu 2 – 0 lit-tim fl-aħħar post fic-Challenge League Qormi. Naxxar fethu l-iskor wara 23 minuta b’penalty mgħoti u skurjat minn BRADLEY SCHEMBRI li għeleb lil Miguel Falzon fl-uniku gowl tal-ewwel taqsima. Naxxar irduppjaw fid-89 minuta permezz ta’ JAIRO ANDRES TENORIO li kien għadu kemm daħal bħala sostitut fil-75 minuta.