Futbol Sport

Milan lura waħdehom fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Milan irritornaw lura waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Cagliari 2-0. Milan ma setax kellhom bidu aħjar hekk kif wara biss sitt minuti fetħu l-iskor meta Lykogiannins imbutta lil Ibrahimovic fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty.

L-istess IBRAHIMOVIC minn ħdax il-metru ma żbaljax. Milan resqu viċin li jirduppjaw u fis-37 minuta Davide Calabria laqat il-lasta. Fit-tieni taqsima Milan baqgħu dominanti u fit-52 minuta rduppjaw permezz ta’ IBRAHIMOVIC li skorja t-tieni gowl personali wara li kkonkluda fuq pass ta’ Calabria. Milan temmew il-konfront jilgħabu b’għaxar plejers meta fl-74 minuta tkeċċa Alexis Saelemaekers għat-tieni karta safra.