Tħabbret il-mewt tal-kompożitur, mużiċista u ikona fil-mużika lokali, Sammy Galea, fl-età ta’ 86 sena.
Sammy, li kien mill-Furjana, ġab ġieħ għall-mużika Maltija u għal ismu madwar id-dinja fejn tul ħajtu kiseb suċċess wara l-ieħor kemm f’festival lokali kif ukoll internazzjonali.
Bosta sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali fejn ddeskrivew lil Sammy Galea bħala bniedem qalbu tad-deheb, riservat u b’talent enormi – madanakollu xorta waħda kien iħobb joqgħod ‘il bogħod miċ-ċentru tal-attenzjoni.
Huwa beda l-ewwel passi tiegħu fix-xena mużikali fl-età ta’ 13-il sena u studja fil-Conservatorio Santa Cecilia f’Ruma u fis-Central School of Jazz Music f’Londra.
Fost il-kanzunetti famużi li kkompona kien hemm Singing This Song li biha Renato rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1974.
Il-familja Galea żgur hija sinonima mal-Mużika lokali; b’martu l-kantanta Doreen Galea u uliedu Dominic, Manolito u Ben.
//= $special ?>