Futbol Sport

Torino jkeċċu lill-kowċ Marco Giampaolo

Torino ħabbru li keċċew lill-kowċ Marco Giampaolo wara serje ta’ riżultati negattivi tal-klabb, liema riżultati wasslu biex Torino jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika tas-Serie A.

Fl-istess stqarrija, Torino ħabbru lil Davide Nicola se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim b’tama li jgħin lil Torino jsalvaw posthom fis-Serie A. Nicola fl-istaġun li għadda serva bħala kowċ ta’ Genoa fejn irnexxielu jsalva lill-klabb mir-relegazzjoni fejn kiseb 39 punti. Hu kien ukoll plejer tal-istess Torino bejn fl-istapun 2005/2006.