Kurżitajiet Lokali

X’kien qallu Mintoff lil Anġlu Fenech meta kienu fl-Istati Uniti?

Fil-programm PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ personaġġ magħruf ma’ ħafna għall-ħidma tiegħu fil-GWU, u kif ukoll illum ma’ Caritas Malta, Anġlu Fenech. Iżda llejla Anġlu mhux se jgħidilna biss dawk l-affarjiet li ħafna diġà jafu… iżda se jirrakonta numru ta’ ġrajjiet oħra li se jkunu żvelati għall-ewwel darba tul il-programm PROFILI.

Il-ħafna kwistjonjiet fid-dockyard, il-mod kif intemmet il-ħidma tiegħu mal-GWU, x’ġara fl-Istati Uniti meta kien ma’ Duminku Mintoff, x’relazzjoni kellu ma’ Eddie Fenech Adami u Guido De Marco u l-ħidma kontinwa tiegħu biex jgħin lil dawk fil-bżonn permezz ta’ Caritas Malta, dan u aktar se nsiru nafuh illejla.

Anġlu Fenech illejla żgur se jżommna bir-rakkonti tiegħu, fejn anki se jgħidilna dwar tfulitu, u darba x’għamel lill-missieru meta ma qralux ittra li kien kitiblu s-surmast tal-iskola.

PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq NET Television.

Ikkummenta