Sport Sport Ieħor

Yan Bingtao jegħleb lil John Higgins fil-finali tal-Masters

Yan Bingtao sar l-ewwel debutattant tal-Masters sa mill-2008 li rnexxielu jirbaħ il-finali ta’ dan it-tournament li sar fil-Marshall Arena f’Milton Keynes fl-Ingilterra.

Bingtao għeleb lil John Higgans 10-8 fil-finali. Bingtao tilef l-ewwel sessjoni ta’ wara nofsinhar 5-3 iżda rebaħ l-ewwel żewġ frames tat-tieni sessjoni. F’partita bilanċjata ferm, it-tmintax il-frame kien dak deċiżiv hekk kif Higgans naqas milli jieħu ċ-ċans li kellu biex jiddomina dan il-frame, b’Bingtao japprofitta u jagħlaq il-partita.