Sport Sport Ieħor

Allegat ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ rebbieħa Olimpika

Sofia Bekatorou rebbieħa tal-midalja tad-deheb għal Greċja fl-Olimpijadi tal-2004 allegat li kienet abbużata sesswalment fl-1998 minn membru ta’ livell għoli tal-Federazzjoni Griega tal-ibburdjar. Bekatorou, li rebħet id-deheb fil-klassi 470 fil-Logħob Olimpiku f’Ateni, għamlet l-allegazzjoni waqt konferenza online organizzata mill-Ministeru tal-Isport tal-Greċja. Illum li għandha 43 sena qalet li uffiċjal wettaq att sesswali wara li stedinha fil-kamra tal-lukanda tiegħu biex ikunu diskussi t-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta ‘Sydney 2000.

Bekatorou qalet li l-att ma kienx kunsenswali fejn tenniet li hija ma riedet ebda relazzjoni minkejja li dan l-uffiċjal uża kliem ħelu u falz u qal li mhu xejn ħażin. Hija rrakkuntat kif ħassitha wara li kienet abbużata. Skont il-Ministeru tal-Isport Grieg, Bekatorou qalet li ma ddikjaratx fil-pubbliku dwar l-abbuż dak iż-żmien minħabba l-biża’ li kienet ittappan il-karriera tagħha fl-ibburdjar. Il-Federazzjoni tal-Ibburdjar tal-Greċja fi stqarrija talbet biex Bekatorou jkun aktar speċifika dwar l-inċident.

Il-federazzjoni aktar tard qalet li talbet ir-riżenja tal-viċi-president tagħha Aristides Adamopoulos, allegatament l-uffiċjal li abbuża minn Bekatorou. Adamopoulos kiteb lill-Kumitat Olimpiku Grieg biex jikkonferma li mhux se jibqa’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-organizzazzjoni . L-istess Kumitat Olimpiku Grieg talab lill-Kumitat għall-Isport u Etika tal-organizzazzjoni biex iniedi investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet magħmula minn Bekatorou. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg Spyros Capralos ħareġ stqarrija fejn faħħar id-deċiżjoni kuraġġuża ta ’Bekatorou li tkellmet dwar l-abbuż li seħħ fuqha minn uffiċjal ta’federazzjoni .