Fil-vot tal-lejla fis-Senat, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte rebaħ il-vot ta’ fiduċja – għalkemm m’għandux maġġoranza assoluta.
B’mod tekniku, Conte kien jeħtieġ biss maġġoranza relattiva. Dan wara li l-partit ta’ Matteo Renzi, ftit tal-jiem ilu telaq mill-koalizzjoni tal-Gvern.
Mexxejja politiċi varji qed jinsistu li l-Gvern għadu fi krizi għaliex m’għandux appoġġ assolut. Fil-fatt għad hemm dubji serji dwar x’se jkun il-pass li jmiss għal Giuseppe Conte.
//= $special ?>