Għalkemm kulħadd jixtieq li pajjiżna jirritorna għan-normalita f’Mejju … fir-realtà, din ix-xewqa hi kważi impossibbli. Hu huwa ħażin li tpinġi xenarju ta’ dan it-tip.
Kliem l-eks Supritendent tas-Saħħa Pubblika, Ray Busuttil f’intervista li saritlu waqt il-programm Net Live….fejn fakkar ukoll kemm huwa importanti li qabel ma jkun deċiż li jiddaħlu miżuri ġodda, jkunu msaħħa l-miżuri attwali.
Fl-opinjoni tat-Tabib Busuttil…. pajjiżna seta’ jħaffef iktar fil-proċess tat-tilqim għall-pubbliku in ġenerali. Ghalkemm dan dejjem jiddependi skont kemm ikunu waslu tilqim f’pajjiżna.
Dwar il-varjanti ta’ dan il-virus, l-eks Supritendent tas-Saħħa Pubblika qal li t-tilqim li qed jingħata bħalissa jilqa’ kontra kull tip ta’ varjant. Li qed jibidel fil-varjant huwa r-rata li bih qed jiġi trasmess dan il-virus.
Ray Busuttil tenna l l-appell tiegħu biex fil-vaganzi tal-Karnival ma jerġax jiġri l-istess bħal ma ġara fil-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fejn minħabba l-irresponsabbilta ta’ ċerti individwi, f’dawn il-ġranet pajjiżna qed jirreġistra ammonti kbar ta’ każi pożittivi ġodda.
Intant skont ċifri ppubblikat fil-Parlament fis-seduta tat-Tnejn, 40% tal-persuni li tpoġġew fuq ventilator wara li rrizultaw pożittivi għall-COVID-19, tilfu ħajjithom. Dan ifisser li tnejn minn kull ħames persuni, tilfu l-battalja tagħhom ma’ dan il-virus.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li min Marzu sa Diċembru tas-sena li għaddiet, tpoġġew 99 pażjent fuq il-ventilator li minnhom, sfortunatmant, tilfu ħajjithom 40 persuna. Fl-ewwel mewġa ta’ din il-pandemija, ma mietet ebda persuna mit-12 li kellhom bzonn il-ventilator. Iżda fit-tieni mewġa, bejn Lulju u Diċembru, tpoġġew 87 persuna fuq ventiltor li minnhom mietu 40.