Lokali

Gvern bla proposti konkreti

Tkompli tikber il-problema tal-kirjiet l-antiki tal-proprjetà hekk kif bħalissa f’pajjiżna hawn eluf ta’ nies inkwetati li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom jekk is-sid tad-dar fejn joqogħdu jiddeċiedi li jiftaħ kawża kontrihom.

Iżda quddiem dan kollu l-Gvern qed jibqa’ fommu sieket hekk kif jidher li mhux qed jagħti każ it-tħassib ta’ bosta anzjani li fl-aħħar ftit snin ta’ ħajjithom jistgħu jispiċċaw minghajr post fejn joqogħdu.

Mistoqsi biex jispjega x’inhuma l-proposti konkreti tal-Gvern f’dan ir-rigward, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius naqas milli jwiegeb.

Bi Chris Agius jammetta li hemm ammont kbir ta’ persuni li huma mbezzgħa li jispiċċaw barra fit-triq.

Dwar din il-problema li qed tolqot eluf ta’ persuni, tkellem il-Kap tal-PN Bernard Grech il-Hadd li ghadda, fejn appella lill-Prim Ministru sabiex jieħu azzjoni minnufih.