Lokali Parlament

Id-dewmien fil-qrati hu kaġunat minn problemi amministrattivi

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-problema tad-dewmien fil-qrati hu kaġunat mill-problemi u burokazija amministrattiva u min-nuqqas ta’ użu tat-teknoloġija.

Fil-parlament Joe Ellis qal li d-dewmien fl-appelli hu tant kbir li issa sar mhux aċċettabbli; għaxar snin ilu d-dewmien kien ikun ferm inqas u kien iktar l-aktar ta’ sentejn.

Issa d-dewmien qed ikun ta’ sitt snin u iktar, qal id-deputat Nazzjonalista, li kompla li qabel kien hemm imħallfin li jiggwidaw lill-avukati fuq imma partijiet iridu jitrattaw.

Hu qal t-trattazzjoni mhix ir-raġuni tad-dewmien fil-Qorti tal-Appell għaliex hemm dewmien kbir biex l-appell ikun appuntat iżda minħabba kwistjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati amministrattivament. Hu qal li se terġa’ tiddaħħal in-Nota tal-Appell, li kienet teħħiet biex jitħaffu l-proċeduri. Dan se jħoloq dewmien ieħor.

Problema oħra li mhux qed isir distinzjoni bejn l-Appelli Inferjuri u dawk Superjuri, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li d-dewmien fil-qrati hu riżultat ta’ problemni amministrattivi.

Is-sitwazzjoni hi li fit-tirbunali, kawżi ta’ miljuni ta’ ewros isiru biz-zoom filwaqt li kawżi ta’ €200 isiru fiżikament. Il-qrati mhux jużaw l-għodda tat-teknoloġija, sostna Joe Ellis, li kompla li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm restrizzjonijiet kbar. Hu appella biex in-notifika ssir elettronikament.