Lokali Sport

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jikkundanna kull forma ta’ diskriminazzjoni

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Kap tal-PN Bernard Grech ikkundanna kull forma ta’ diskriminazzjoni. Dan b’referenza għall-każ li seħħ fi tmiem il-ġimgħa fil-konfront tal-plejer Maltija Maya Lucia, li kienet mgħajjra b’mod razzista.

“Dak li ntqal fuq il-footballer Maltija Maya Lucia żgur li ma jagħmilx ġieħ lill-persuna li qalet dak il-kliem u lanqas lilna bħala poplu Malti u Għawdxi”, sostna Bernard Grech filwaqt li wera solidarjetà ma’ Maya Lucia u l-familja tagħha.

Ma’ dan il-messaġġ inaqgħad ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar fejn ikkundanna dan l-attakk u qal li l-isport għandu jkun mezz sabiex niġġieldu r-razziżmu u mhux bil-kontra.