Lokali Qorti

Il-PN jilmenta ma’ TVM wara li naqas li jirrapporta l-kawża tat-tliet sptarijiet

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ressaq ilment lil TVM u l-Awtorita’ tax-Xandir wara li fil-bulettin tat-8pm tat-18 ta’ Jannar ma saret l-ebda referenza għall-kawża li qed tinstema’ fil-Qorti dwar il-bejgħ ta’ tliet sptartijiet pubbliċi, liema kawża kienet inbdiet mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dan meta fl-istess kawża xehed l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

TVM naqas ukoll milli jxandar l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista maħruġa fl-istess jum minn Adrian Delia dwar l-istess suġġett.

Dan in-nuqqas ħoloq sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalità mill-istazzjon nazzjonali u żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista dwar ħaġa li hija ta’ kontroversja politika kurrenti, u naqas milli jagħti lill-poplu servizz ta’ aħbarijiet oġġettiv, fattwali u komplut.