Lokali Parlament

It-trattazzjoni fil-Qorti tal-Appell għandha tibqa’ r-regola mhux issir eċċezzjoni

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco insista li it-trattazzjoni tal-partijiet fil-Qorti tal-Appell għandha tibqa’ r-regola u ma ssirx l-eċċezzjoni fil-Qorti tal-Appell.

Fil-parlament Mario de Marco qal li l-iskop tal-liġi hu li jnaqqas ix-xogħol b’lura fl-appelli għad-detriment tat-trattazzjoni tal-appell li s’issa jkun trattat verbalment. F’dan l-abbozz, it-trattazzjoni issa se ssir l-eċċezzjoni u mhux in-norma.

Ir-rikors tal-appell issa se jinbidel għax issa trid tkun ppreżentata Nota tal-Appell fir-Reġistru tal-Qorti fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-sentenza appellata. Din tagħti lill-avukat id-dritt li l-appell ikun iktar preparat ta’ 30 ġurnata għaliex 20 jum kif perjodu qasir.

Jekk fi żmien għaxart ijiem ma ssirx in-nota, l-avukat jitlef id-dritt ta’ appell. Dan hu biss saff burokratiku fuq il-partijiet. Għaxart ijiem hu perjodu qasir wisq biex isir l-analiżi legali meħtieġ biex kun deċiż jekk isir appell. Da se jwassal biex il-partijiet jippreżentaw in-nota tal-appell.

Il-proċeduri issa se jibdew isiru bil-miktub li se jikkonsistu fin-ntoa, fir-rikors tal-appell, it-tweġiba fir-rikors tal-appell u f’każ ta’ appell inċidentali tiżdied ir-risposta għal dan Din hi żieda ġdida fil-kontro-replika tal-appellant għal kull kwistjoni ġdida li titqanqal.

Ix-xogħol b’lura tal-qorti mhux se jiżiedu b’żieda fil-ġranet biex jitwieġbu l-punti ġodda li qed jitqanqlu fl-appell. 30 ġurnata hu perjodu raġonevoli, sostna Mario de Marco, li qal li hemm bidla radikli li fiha l-qorti wara li tirċievi d-dokumenti tal-appell, tikkunsidra li l-każ hu magħluq u tista’ tmur għas-sentenza.

Għas-skapitu ta’ għaġġla se jitwarrab punt importanti fis-sistema ġudizzjarja minħabba li t-trattazzjoni tal-appell hi kruċjali għall- avukatura u għall-ġudikatura biex dawn jisimgħu lill-avukati.

Il-Qorti tal-Appell għandha tiggwida lill-avukati biex ma jkunx hemm ripetuzzjonijiet. It-trattazzjoni issa se ssir biss jekk il-Qorti tal-Appell tħoss li għandha bżonn kjarifika.

Hu qal li x-xogħol tal-Qorti tal-Appell qiegħed ħames snin b’lura u ppropona li fl-ewwel appuntament hu inutli għaliex hu biss xogħol amministrattiv. Fl-Appelli Inferjuri it-trattazzjoni issr fl-ewwel appuntament; din is-sitema għandha tkun attwata fl-Appelli Suerjuri biex issir it-trattazzjoni verbali.

Wasal iż-żmien li jkunu kkunsidrati żewġ qrati tal-appell u jinħatar Viċi-President tal-Qorti li jista’ jippresiedi t-tieni Qorti tal-Appell u x-xogħol jinqasam bejn dawn iż-żewġ qrati tal-appell.