Futbol Sport

Jittellgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs tal-FIFA

(Ritratt: FIFA.com)

Il-partita bejn Tigres UANL tal-Messiku u Ulsan Hyundai tal-Korea f’Isfel fl-Ahmad Bin Ali Stadium fl-4 ta’ Frar ser tiftaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs tal-FIFA li għandha ssir fil-Qatar . Ir-rebbieħ tal-ewwel partita jilgħab kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores li l-finali bejn Palmeira u Santos għandha tintlgħab fit-30 ta’ Jannar It-tieni partita ser tkun bejn Al Duhail tal-Qatar u Al Ahly tal-Eġittu li wkoll tintlgħab fl-4 ta’ Frar fl-Education City Stadium .

Ir-rebbieħ jilgħab kontra Bayern Munich fis-semi finali. It-tlugħ tal-poloz sar fil-Kwartieri Generali tal-FIFA fi Zurich f’edizzjoni li hija l-ewwel waħda bir-restrizzjonijiet minhabba l-pandemija tal-coronavirus. F’din l-edizzjoni kellhom jieħdu sehem wkoll Auckland City rebbieħa tal-kompetizzjoni fl-Oċeanja iżda rtiraw b’mod li ma kienx hemm bżonn partita preliminari. Il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs tintlgħab fil-11 ta’ Frar fl-Istadium City Stadium.