Futbol Sport

Kundanna wara kummenti razzisti waqt logħba futbol

Il-Ħadd li għadda waqt partita mill-Kampjonat tal-Futbol tan-Nisa ta’ taħt id-19 -il sena, il-plejer ta’ Radiers Għargħur Maya Lucia, sfat vittma ta’ kummenti razzisti b’bosta jkunu dawk li jikkundannaw dan l-att. Fi stqarrija l-MFA qalet li hi nformat l-pulizija b’dan il-każ.

Kundanna wkoll minn Tim Sport Partit Nazzjonali

Tim Sport Partit Nazzjonalista tikkundanna bl-aktar mod kategoriku dak li seħħ il-bieraħ fil-partita mill-Kampjonat tal-Futbol tan-Nisa fejn allegatament, il-plejer ta’ Raiders Għargħur, Maya Lucia kienet mgħajjra bi kliem razzist. Ic-Chairman tal-Fergħa Sportiva fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Christian Micallef, filwaqt li esprima s-solidarjetá tiegħu u tal-eżekuttiv kollu ta’ TSPN, saħaq dwar l-importanza li l-familja sportiva kollha f’pajjiżna ningħaqdu flimkien b’aktar saħħa sabiex niġġieldu r-razzismu fl-isport, u fi kwalunkwé livell tal-isport u dixxiplina sportiva f’Malta.

‘L-isport hu magħmul minn diversi komponenti importanti, fosthom l-importanza u t-tisħiħ ta’ valuri u prinċipji tajba. Dawn it-tnejn huma fost l-elementi l-aktar importanti biex permezz tal-isport, inkunu qed inrawmu t-tfal tagħna f’ambjent edukattiv b’saħħtu u korett. Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ fil-valuri tas-sewwa, u għaldaqstant kommessi li niġġieldu kontra r-rażżismu, anke għaliex dan hu fenomenu li jħammeġ l-isport li tant inħobbu u nsegwu b’passjoni,’ sostna Micallef.