Futbol Sport

Leicester jitilgħu momentarjament fl-ewwel post

(Ritratt: EPA)

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed għal Leicester City biex jgħelbu lil Chelsea b’mod li wara dan ir-riżultat minkejja li lagħbu partita aktar minn Manchester United telgħu fl-ewwel post fil-klassifika bi 38 punt. Chelsea mill-ġdid iddiżappuntaw fejn baqgħu fit-tmien post b’29 punt daqs Southampton. Wara biss 6 minuti , Leicester City marru fil-vantaġġ. Minn pass ta’ Harvey Barnes kien WILFRED NDIDI li għeleb lil Eduard Mendy. Reazzjoni sterili minn Chelsea b’Leicester jibqgħu fuq l-offensiva tant li erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima irduppjaw. Azzjoni minn Marc Albrighton lejn JAMES MADDISON li mill-ġdid għeleb lil Mendy għat 2–0.

B’rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima West Ham telgħu fis-seba’ post fil-Kampjonat Premier bi 32 punt daqs Everton li iżda lagħbu żewġ partiti anqas. West Bromwich Albion baqgħu fil-post ta’ qabel tal-aħħar bi 11 il-punt minn 19 il-partita. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima minn azzjoni ta’ Vladimir Coufal kien JARROD BROWN li għeleb lil Sam Johnstone b’ West Ham fil-vantaġġ. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-iskor sar 1 – 1 . Pass ta’ Kamil Grosicki lejn MATHEUS PEREIRA li għeleb lil Lukasz Fabianski. Reazzjoni immedjata minn West Ham li fis-66 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta MICHAIL ANTONIO li minn azzjoni ta’ Andry Yarmolenko għeleb lil Johnstone.

Southampton fir-raba’ rawnd tal-FA Cup

L-aħħar partita li kien fadal tintlagħab mit-tielet rawnd tal-FA Cup kienet dik bejn Southampton u Shrewsbury Town, bis-Saint joħorġu rebbieħa 2-0. DANIEL N’LUNDULU fetaħ l-iskor wara ħdax -il minuta, b’JAMES WARD-PROWSE jirdoppja u jaċċerta mill-kwalifikazzjoni kwarta mit-tmiem, biex b’hekk Southampton jilgħabu kontra Arsenal fir-raba’ rawnd.

PREMIER LEAGUE

Illum: West Ham v WBA 2-1, Leicester v Chelsea 2-0 Għada: Leeds v Southampton posp., Man City v Aston Villa 7.00pm, Fulham v Man Utd 9.15pm Il-Ħamis: Liverpool v Crystal Palace 9.00pm