Għawdex Knisja Lokali

Posposta l-preżentazzjoni tat-trabi f’Ta’ Pinu

L-Azzjoni Kattolika, flimkien mar-rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu, permezz ta’ stqarrija qalu li ċ-Ċelebrazzjoni tal-Preżentazzjoni tat-Trabi li ssir kull sena qrib il-Festa tal-Gandlora fis-Santwarju ta’ Pinu ġiet posposta minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-Covid-19.

L-istqarrija kompliet li d-data ta’ meta se ssir din il-funzjoni se tkun imħabbra aktar ‘il quddiem, b’tama li s-sitwazzjoni tal-Covid f’pajjiżna tiġi taħt kontroll f’qasir żmien.