Il-Gvern Brittaniku ħabbar li minn din il-ġimgħa l-persuni l-aktar vulnerabbli u dawk li għandhom 70 sena jew aktar se jibdew jingħataw huma wkoll il-vaċċin tal-Covid-19.
Sa issa fir-Renju Unit kważi 3.8 miljun persuna, inkluż dawk ‘il fuq minn 80 sena u ħaddiema tas-saħħa diġà ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin.
Fl-aħħar sigħat sar appell għal aktar kawtela fiċ-ċentri tat-tilqim, hekk kif hemm tħassib kbir li jista’ jkun il-virus jinxtered aktar f’dawn l-istituzzjonijiet.
//= $special ?>