Lokali

Żagħżugħ l-isptar wara inċident bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident bejn mutur u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09.15 tat-Tlieta filgħodu meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur tat-tip Kawasaki Z300 misjuq mill-ġuvni u karozza tat-tip Kia Rio misjuqa minn anzjan ta’ 77 sena residenti San Ġwann.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.