Lokali

Bernard Grech f’laqgħa mal-FKNK

“Ma rridx nibqa’ nara mentalità li tqis lill-kaċċaturi u n-nassaba bħala persuni li jridu l-ħsara lill-ambjent u nwiegħed li se naħdem biex din il-mentalità tinbidel”

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti.

Bernard Grech laqa’ lill-uffiċjali tal-Federazzjoni fid-Dar Ċentrali fejn wiegħed li se jaħdem biex l-atitudni ta’ preġudizzju kontra l-kaċċaturi u n-nassaba  tinbidel.

Hu saħaq li bħala persuna li jkun spiss fin-natura jemmen bis-sħiħ li min għandu delizzju fin-natura huwa propju għax iħobb in-natura.

Bernard Grech għamilha ċara li jrid li l-FKNK u l-Partit Nazzjonalista jaħdmu flimkien, filwaqt li emfasiza l-importanza li art pubblika tibqa’ titgawda minn kulħadd… kemm mill-membri tal-FKNK u kif ukoll mill-membri tal-pubbliku in ġenerali.

Għal-laqgħa mal-uffiċjali tal-FKNK, minbarra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kien preżneti wkoll il-Kelliem tal-Partit dwar il-ħarsien tad-delizzji tradizzjonali Edwin Vassallo.