Lokali Parlament

Glenn Bedingfield: “Is-Super One ma jeżistix”

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield iddikjara fil-parlament li l-istazzjon Laburista Super One ma jeżistix.

Din id-dikjarazzjoni l-Whip Laburista għamilha bi tweġiba għal talba għal korrezzjoni mitluba mid-deputat Nazzjonalista Maria Deguara li ressqet ilment quddiem l-Ispeaker għall-fatt li l-istazzjon Laburista kien ikkwotaha ħażin billi allega li hi kienet qalet fil-parlament li ż-żgħażagħ kienu responsabbli għat-tixrid tal-COVID. Hi ċaħdet li qalet dan id-diskors u ppreżentat it-traskrizzjoni tad-diskors tagħha fil-parlament bħala prova.

Il-Whip Laburista ma wieġeb xejn għal dak li ddikjarat id-deputat Nazzjonalista iżda sostna biss li Super One ma jeżistix għaliex illum l-istazzjon jismu One.