Futbol Sport

Ħames gowlkipers tal-Kampjonat Premier finalisti għall-unur ta’ DOVE l-aqwa save t’Ottubru

Ħames gowlkipers minn ħames klabbs differenti tal-Kampjonat Premier; erba’ Maltin u wieħed biss barrani, huma l-finalisti biex jirbħu l-unur tal-aqwa save tax-xahar għal Ottubru, sponsorjat għal staġun ieħor minn DOVE, fil-programmi Replay li jixxandru fuq Net Television. Għal staġun ieħor, dan l-unur sinifikanti għall-gowlkipers li jilgħabu fil-Kampjonat Premier f’Malta, reġa’ qed jingħata minn Replay, permezz tal-programm tal-Ġimgħa filgħaxija, ‘Replay Preview’.

Il-finalisti għal dan l-unur għax-xahar t’Ottubru 2020 huma:

Matthew Calleja Cremona (Hibernians)

Chris Cassar (Żejtun Corinhtians)

Daniel Marcio Fernandes (Tarxien Rainbows)

Justin Spiteri (Floriana)

Glenn Zammit (Gudja United)

Il-ħames saves ta’ dawn il-ħames gowlkipers tistgħu tarawhom billi tagħfas hawn.

Il-votazzjoni għal dan l-unur infetħet l-Erbgħa filgħaxija, u wieħed jista’ jagħmel il-preferenza tiegħu għal dan l-unur sponsorjat minn DOVE, billi tagħfas hawn u tkun tista’ tivvota permezz ta’ votazzjoni apposta onlajn.

Din il-votazzjoni tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Jannar, sat-8pm.