Lokali Parlament

Il-bniedem jinsab mhedded minn theddida eżistenzjali minħabba l-klima

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu pożittiv li l-President il-ġdid Amerikan Joe Biden se jagħti prijorità lit-tibdil fil-klima minħabba li din hi theddida eżistenzjali għall-bniedem u għall-annimali.

Fil-parlament Joe Ellis sellem lill-President il-ġdid tal-Amerika Joe Biden u qal li l-Amerika li l-edem demokrazija tad-dinja li għadha kemm sofriet għal theddid bla preċedent meta 15-il ġurnata ilu seħħ attentat ta’ kolp ta’ stat mill-istess President li suppost kellu jiddefendi l-kostituzzjoni iżda pprova jżomm il-poter billi jattakka l-parlament Amerikan.

Hu kompla li l-kultura politika fl-Amerika kienet b’saħħitha biżżejjed biex iħarsu d-demokrazija Amerikana. Din hi lezzjoni għal kulħadd li kull demokrazija parlamentari trid dejjem tkun sostnuta u indukrata għaliex hi dejjem suġġetta għal theddid.

L-elezzjoni ta’ Joe Biden hi tama li l-affarijiet se jinbidlu wara l-presidenza ta’ Trump li ħalliet danni f’diversi setturi. Hu semma t-tibidl tal-klima u qal li l-President Trump kien jżħad li t-tibdil tal-klima hu frott tal-azzjoni tal-bniedem u immina l-ġlieda kontra t-tbidel tal-klima.

L-aktar azzjoni ta’ detriment kontra t-tibdil tal-klima kienet l-itrirat tal-Amerika mill-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015; liema ftehim hu importanti ħafna għax jikkommetti lil-pajjiżi kollha li jieħdu azzjoni biex iż-żieda fit-temperatura tad-dinja ma tkunx iktar minn żewġ gradi iktar miż-żiem ta’ qabel ir-rivoluzzjoni industrijali, 200 sena ilu.

Jekk it-temperatura tkompli tiżieded, ikun hemm theddid għall-eżistenza tal-bniedem u tal-annimali. Ix-xjenzati kkonkludew li din tista’ sseħħ jekk ma titteħidx azzjoni immedjata minħabba li ż-żieda fit-temperatura se tiżdied bejn 3 u 5 gradi. Din hi t-theddida eżistenzjali taż mienna, kif iddikjaraw il-Papa Franġisku u l-President il-ġdid Joe Biden.

Joe Ellis qal li hu tajjeb li l-Istati Uniti se terġa’ tidħol fil-Ftehim ta’ Pariġi b’mod immedjat. L-aħħar seba’ snin kienu l-aktar snin sħan fid-dinja. Malta jimpurtaha minn din is-sitwazzjoni għaliex l-effetti tal-arja mniġġsa jduru mad-dinja kollha waqt li din ikollha effetti wkoll ekonomika.