Kummerċ Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tibqa’ ssejjaħ għal governanza tajba

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tkompli ssejjaħ għal governanza tajba u nediet rapport dwar ir-riforma meħtieġa fix-xiri pubbliku.

Id-dokument bl-isem The Public Procurement Reform Report jiġbor fih 36 rakkomandazzjoni dwar il-proċess sħiħ tax-xiri.

Dwar il-blacklisting id-dokument tal-Kamra jinsisti li operaturi ekonomiċi li jiksru l-liġi għandhom jitwaqqfu milli jipparteċipaw fil-proċess ta’ public procurement. Il-Kamra qed tgħid li l-awtoritajiet li ma jpoġġux fi blacklist lil dan it-tip ta’ operatur ikunu qed jgħaddu messaġġ ħażin ħafna lis-suq li kollox jgħaddi u xejn mhu xejn.

L-awtoritajiet għandhom jippremjaw operaturi li jżommu mal-liġi.

Dwar Direct Orders, il-Kamra għamlitha ċara li taqbel biss ma dan il-kunċett dment li jkun iġġustifikat skont il-liġi, li jkun magħrraf lill-pubbliku idealment permezz ta’ Reġistru tal-Kuntratt, u li jkun suġġett għall-iskrutinju u l-isfida ġuridika tal-partijiet interessati.

Il-Kamra titlob ukoll li t-twettiq tal-kuntratti pubbliċi jkunu disponibbli għas-settur privat dejjem mingħajr ma tinkixef informazzjoni sensittiva.