Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu jinvesti iktar fis-settur soċjali flok jinġabru l-flus fil-maratoni

Kevin Cutajar

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella biex il-pajjiż jinvesti direttament fis-settur soċjali fl-istess ammonti li jinġabru waqt il-maratoni.

Fil-parlament Kevin Cutajar awgura lid-deputat Laburista Oliver Scicluna fil-ħidma parlamentari tiegħu u sostna li hu u Oliver Scicluna huma deputati b’diżabbiltà jpoġġi responsabbiltà biex jitkellmu dar is-settur li fadallu ħafna x’iwettaq. Dan anki fost il-mentalità ta’ kif is-soċjetà tħares lejn il-persuni b’diżabbiltà.

Hu tkellem dwar il-maratoni ta’ ġbir ta’ fondi għall-persuni b’diżabbiltà u qal li l-persuni b’diżabbiltà m’għandhomx jintużaw biex jinġabru l-flus. Il-pajjiż jonfoq madwar €2 biljuni fis-settur tal-għajnuna soċjali iżda l-ftit miljuni li jinġabru mill-maratoni jkunu determinanti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li il-pajjiż għandu jkun kapaċi jinvesti l-ftit miljuni li jinġabru biex jgħinu lill-għaqdiet volontarji fis-settur soċjali. Wasal il-mument li l-ġbir ma jibqax jinħass il-bżonn għalih.