Lokali Parlament

Il-PN irid ikun sħab mas-settur tal-kostruzzjoni; prijorità għall-osservanza tal-liġijiet

Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal fil-parlament li l-PN irid ikun sħab mas-settur tal-kostruzzjoni; prijorità għall-osservanza tal-liġijiet

Hermann Schiavone qal li din il-liġi dwar l-Awtorità is-settur tal-kostruzzjoni għandha tissejjaħ ‘Liġi Miriam Pace’ għaliex bil-mewt tagħha beda moviment biex is-settur tal-kostruzzjoni jaħdem aħjar.

Hu semma’ l-inċidenti l-oħra li seħħu fil-passat fosthom dak f’San Pawl il-Baħar fl-2004. Dan l-abbozz se joħloq Awtorità li fiha se jkun l-obbligi li kellhom diversi entitajiet oħra flimkien ma’ responsabbiltajiet ta’ sorvelja, tipproċessa ilmenti u toħroġ il-liċenzji.

Dan hu pass importanti fl-iżvilupp ta’ din l-industrija u hu pass meħtieġ. Hu tajjeb li issa se jinġabar kollox f’awtorità waħda. L-iskop tal-Awtorità għandu jkun li l-poplu jkollu serħan il-moħħ lix-xogħlijiet qed isiru skont ir-regoli. L-Awtorità se jkollha l-fakultà li toħroġ ordnijiet ta’ infurzar biex ħadd ma jagħmel li jrid.

Id-deputat Nazzjonalista qal li r-rapport li rrifera għalih il-Prim Ministru ma jiffokax fuq it-traġedja ta’ Miriam Pace iżda fuq l-industrija kollha tal-kostruzzjoni. Dan hu settur li jħaddem eluf ta’ ħaddiema, sostna Hermann Schiavone, li sellem lil dawk kollha involuti fis-settur fosthom l-Assoċjazzoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA).

Hu qal li l-maġġoranza tal-iżviluppaturi huma nies serji u integri li m’għandhomx jitpoġġew fl-istess keffa tal-iżviluppaturi li jabbużaw. L-MDA mhix regolatur tas-settur iżda tħares l-interess tal-membri tagħha.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-PN jemmen fis-settur tal-kostruzzjoni li hu fost l-aktar importanti għall-ekonomija Maltija, li l-iżvilaupputi fil-maġġoranza huma integri li jirrispettaw il-liġijiet u jrid isaħħaħ is-settur għax minnu jiddependi l-għajxien ta’ eluf ta’ familji Il-PN irid li jkun sħab ma’ din l-industrija fit-tfassil tal-poitika għal dan is-settur,

L-Awtorità hi importanti ħafna li fiha l-iżviluppaturi għandhom ikunu parteċipi fiha, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fl-Awtorità hemm bżonn in-nies li jintlaqtu biex ikunu huma li jiddeċiedu. L-Awtorità m’għandhiex tidduplika xogħoll li diġà qed isir minn awtoritajiet oħra, bħall-OHSA.