Lokali

Il-PN jifraħ lil Samantha Pace Gasan għall-kariga ta’ Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilita’

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Samantha Pace Gasan li nħatret fil-kariga ta’ Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilita’.

Fi stqarrija, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni Soċjali, David Agius, sostna li bl-esperjenzi u l-ħidma tagħha f’dan il-qasam, il-PN jemmen li Samantha Pace Gasan tista’ tmexxi ‘l quddiem u tippromwovi d-drittijiet tal-persuni bi bżonnijiet speċjali, partikolarment fl-opportunitajiet indaqs.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Samantha Pace Gasan ħidma sfieqa f’dan is-settur importanti għat-tisħiħ ta’ soċjeta’ iżjed inklussiva.

Il-Partit Nazzjonalista lest li jkompli jgħin biex bl-appoġġ u l-ħidma tiegħu titjieb dejjem aktar l-kwalita’ tal-ħajja tal-persuni b’diżabilita’.