Lokali

Imnedi staġun ieħor ta’ ŻiguŻajg

35 artist b’xogħlijiet oriġinali.
13-il attività fuq sena.
Festival li iktar ma jmur iktar qed jikber.

Festiva li huwa l-frott ta’ xogħol li jsir b’dedikazzjoni kbira minn għadd ta’ artisti lokali li jiffurmaw parti minn ŻiguŻajg – programm immirat lejn tfal sa għaxar snin.

Din is-sena se tkun it-tieni darba li ŻiguŻajg se jkun mifrux matul is-sena kollha, u għandu l-għan li jkun li joffri divertiment u edukazzjoni permezz f’produzzjonijiet speċjalizzati għat-tfal.

Net News tkellem maċ-Chairman ta’ ŻiguŻajg, Rupert Cefai fejn spjegalna iktar dwar l-importanza ta’ festivals ta’ dan it-tip kemm għat-tfal u kif ukoll għall-artisti lokali.

Din it-tip ta’ arti li joffri ŻiguŻajg huwa intiż biex jgħin fl-iżvilupp tat-tfal li filwaqt li jkunu esposti għall-arti… jitgħallmu wkoll japprezzaw id-dedikazzjoni tal-artisti filwaqt li jkunu qed jitgħalmu dwar xjenza u storja, fost suġġetti oħra.

Id-Direttur Artistiku ta’ ŻiguŻajg, Daniel Azzopardi spjegalna xi jfisser dan il-festival għall-artisti lokali.

Il-festival li ilu jsir għal dawn l-aħħar snin ukoll kien affetwat mill-pandemija iżda b’ħidma u entużjazmu… l-artitisti xorta waħda rnexxilhom jilħqu bejn 13 u 14-il elf ruħ permezz tal-midja soċjali, fi tmiem l-istaġun li għadda.

Ritratti: Martin Agius