Futbol Sport

Juventus jirbħu s-Super Cup

(Ritratt: EPA)

Żewġ gowls fit-tieni taqsima u bejniethom penalty fallut minn Insigne għal Napoli kienu l-fatturi ewlenin fil-finali tas-Super Cup mirbuħa għad-disa’ darba minn Juventus. Matul l-ewwel taqsima bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet bl-aħjar ċans ikun fil-28 minuta . Lozano rebaħ dwell fuq Danilo bix-xutt finali tiegħu jkun salvat min Sczezny bis-save principali tal-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima b’Juventus aktar fuq l-offensiva, fil-65 minuta kien Manolas li b’xi mod xellef f’corner tentattiv ta’ Ronaldo. Mill-corner ta’ Bernardeschi , b’xi mod kien CRISTIANO RONALDO li għeleb lil Ospina b’Juventus fil-vantaġġ.

Fit-80 minuta, penalty għal Napoli wara li Weston McKennie ffawlja lil Mertens. Ta’ l-penalty Lorenzo Insigne li iżda xeħet barra. Erba’ minuti fuq il-ħin miżjud kien mill-ġdid Sczezny li salva fuq Lozano minn azzjoni ta’ Matteo Politano. Sekondi mit-tisfira finali ta’ Paolo Valeri kien ALVARO MORATA li skorja t-tieni gowl għal Juventus u l-ewwel suċċess għal Andrea Pirlo bħala kowċ ta’ Juventus.

Draw bejn Udinese u Atalanta

F’partita mis-Serie A, Atalanta kisbu t-tieni draw konsekuttiv wara dak kontra Genoa. Rizultat li ħalla lil Atalanta fil-ħames post fi 33 punt daqs Juventus iżda b’partita aktar. Udinese telghu fil-15 il-post bi 17 il-punt. Wara biss minuta Udinese fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Kevin Lasagna kien ROBERTO PEREYRA li għeleb lil Pierluigi Gollini. Kif wieħed stenna Atalanta wettqu reazzjoni iżda kien biss fl-44 minuta li għamlu l-iskor 1 – 1 Pass ta’ Matteo Pessina lejn LUIS MURIEL li għeleb lil Juan Musso. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment wkoll il-partita.