Lokali

L-MDA sodisfatta li s-Safer Neighbourhood Scheme se ssir liġi

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA hija sodisfatta li l-iskema li nediet f’Lulju għal żoni aktar siguri – is-Safer Neighbourhood Scheme – issa se ssir obbligatorja għall-kuntratturi u l-iżviluppaturi kollha.

L-MDA qalet li ilha minn Lulju tinsisti li jrid isir titjib fl-industrija u li din l-iskema kellha ssir obbligatorja għal kulħadd u mhux biss għall-membri tal-MDA.

‘Din hija t-triq ‘il quddiem u hija fl-interess ta’ industrija iktar sigura’, qalet Marthese Portelli, Direttur Ġenerali tal-MDA.