Futbol Sport

Pembroke jirritornaw għar-rebħ

Naxxar Lions……………………………………0

Pembroke Athleta……………………………..2

F’partita oħra mill-15 il-ġurnata tal-BOV Challenge League, Pembroke wara li fl-aħħar partita temmew fi draw ta’ 3 – 3 kontra Pieta’ kisbu rebħa mportanti biex baqgħu għad-dell ta’ Marsa u saħħew posthom fit-tieni post bi 33 punt. Naxxar Lions baqgħu fit-tmien post b’20 punt. Pembroke ħadu biss għaxar minuti biex marru fil-vantaġġ b’gowl minn JONATHAN BAJADA li minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb lil Omar Borg. B’Naxxar jonqsu milli jwettqu reazzjoni, fil-21 minuta l-iskor sar 2 – 0 din id-darba b’gowl ta’ NAGBE ADOLPHUS MARSHALL. Bil-partita deċiża l-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fid-79 minuta Pembroke komplew ikabbru l-iskor permezz ta’ LAWRENCE CHIEDOZIE li kien daħal bħala sostitut għat-tieni taqsima.