Futbol Sport

Rebħiet għat-timijiet ta’ Manchester

(Ritratt: EPA)

Rebħa barra minn darhom għal Manchester United b’mod li b’40 punt minn 19 il-partita żammew iż-żewġ punti vantaġġ f’ras il-klassifika fuq Manchester City u Leicester City . Wara biss 5 minuti Fulham b’sorpriża fil-vantaġġ. Azzjoni minn Andre’ Frank Zambi Anguissa lejn ADEMOLA LOOKMAN li għeleb lil David De Gea għal 1 – 0 . Reazzjoni immedjata minn Manchester United li fit-28 minuta meritatament għamlu l-iskor 1 – 1 . Alphonse Areola kklerja ħażin – approfitta EDINSON CAVANI li kiseb il-gowl tad-draw. Fil-65 minuta Manchester United fil-vantaġġ. Xutt mill-isbaħ ta’ PAUL POGBA’ li għeleb lil Areola u għalaq il-partita.

Rebħa importanti għal Manchester City f’partita li ddominaw għal ħinijiet twal minkejja li f’mumenti l-partita dehret destinata li ser tispiċċa fi draw ta’ bla gowls. Madankollu żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti kienu biżżejjed biex it-tim ta’ Pep Guardiola bi 38 punt żamm il-pass ma’ Leicester City saħansitra meta lagħab partita inqas. Il-gowls. Fid-79 minuta minn azzjoni ta’ Ruben Dias lejn Rodri b’BERNARDO SILVA jgħeleb lil Emiliano Martinez. Kien tard għal Aston Villa biex iwettqu reazzjoni l-aktar wara li fid-90 minuta, Matty Cash deher li lagħab b’idu fuq tentattiv ta’ Gabriel Jesus. Ir-referee Jon Moss saffar penalty. Taħ u skorjaħ ILKAY GUNDOGAN li mill-ġdid għeleb lil Martinez.

PREMIER LEAGUE

Illum: Man City v Aston Villa 2-0, Fulham v Man Utd 1-2 Għada: Liverpool v Burnley 9.00pm