Lokali

Serqa minn klinika ta’ Jeffrey Pullicino Orlando

F’talba li saret għall-għajnuna fuq il-profill ta’ Facebook ta’ Jeffrey Pullicino Orlando allegatament jidher raġel ta’ nazzjonalità barranija dieħel fi klinika li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ it-Tlieta għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar minn fejn hemmhekk seraq pittura.

Dan kollu jidher minn filmati ta’ CCTV li hemm fl-entratura tal-klinika fejn ir-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, seraq pittura tal-artist Dominique Ciancio.

Pullicino Orlando qed jitlob għall-għajnuna tal-pubbliku biex jekk wieħed għandu informazzjoni tal-persuna jikkuntatja minnufih jew lilu personalment jew jagħmel rapport lill-Pulizija, b’assigurazzjoni ta’ kunfidenzjalità.