Futbol Sport

Spezia jeliminaw lil Roma mill-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Spezia eliminaw lil Roma mill-Coppa Italia bl-iskor ta’ 4-2 wara l-ħin barrani. Spezia fetħu tajjeb u wara sitt minuti fetħu l-iskor permezz ta’ penalty ta’ ANDREY GALABINOV. RICCARDO SAPONARA rdoppja mal-kwarta logħob b’konklużjoni mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. Roma daħlu fil-partita żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’penalty ta’ LORENZO PELLIGRINI. Il-gowl tad-draw wasal fit-73 minuta permezz ta’ HENRIKH MKHITARYAN. Bil-partita tibqa’ fi draw ta’ 2-2 sad-90 minuta, fil-ħin barrani Roma sfaw jilgħabu b’disa’ pelejrs meta fl-ewwel minuta tal-ħin barrani tkeċċa Gianluca Mancini għat-tieni karta safra u minuta wara tkeċċa l-gowlkiper ta’ Roma Pau Lopez b’karta ħamra diretta.

Spezia approfittaw u skorjaw darbtejn u aċċertaw mill-kwalifikazzjoni, fil-107 minuta permezz ta’ DANIELE VERDE u fil-119-il minuta permezz ta’ RICCARDO SAPONARA. Fil-kwartifinali, Spezia jilgħabu kontra Napoli.