Lokali

VOX POP: Lil min tippreferi – Trump jew Biden?

Issa uffiċjali – Joe Biden ha f’idejh it-tmexxija tal-Istati Uniti wara 4 snin ta’ Donald Trump… snin li kienu immarkati b’ħafna kontroversji u stqarrijiet li bla dubju, ħafna minnhom, għadhom immarkati f’moħħ il-Maltin.

Donald Trump, li issa spiċċa minn  President, ħabbar minn jiem ilu li kien se jinjora iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni. U għalhekk, għall-ewwel darba f’150 sena, il-President uxxenti ma kienx preżenti f’Washington.