Sport Sport Ieħor

Ancic iħabbar l-iskwadra għat-tielet kamp ta’ taħriġ tal-futsal

Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-futsal Zeljko Ancic sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer sabiex jipparteċipaw fit-tielet kamp ta’ taħriġ li se jikkonsisti fi tliet logħbiet kontra it-tim B tal-iskwadra Maltija kif ukoll kontra tim ta’ plejers barranin li jilgħabu f’Malta. Fost it-tibdielet li saru mill-aħħar kamp ta’ taħriġ tax-xahar li għadda, il-kowċ Ancic reġa’ sejjaħ it-tliet t’iplejers ta’ Luxol St.Andrews Mark Zammit, Marrwan Telisi u Dylan Musù, kif ukoll lill-plejer ta’ Valletta Geroge Frendo.

Min-naħa l-oħra issejħu għal-ewwel darba mal-iskwadra nazzjonali il-plejers ta’Swieqi United Michael Borg u l-gowlkiper Adem Zouari. Il-plejers kollha u l-istaff tekniku involuti se jittieħdilhom test tal-COVID 19 filwaqt li se jkunu osservati il-protoklli tal-awtorita tas-saħħa, biex b’hekk jingħata bidu għal dan il-kamp ta’ taħriġ nhar it-Tnejn ġewwa l-Iskola Nazzjonal tal-Isport f’ Pembroke. Msejsa fuq il-viżjoni tal-iżvilupp tal-futsal f’ pajjiżna, dan il-kamp ta’ taħriġ, li huwa it-tielet wieħed fl-aħħar erba’ xhur, se jservi bħala opportunita kemm għall-kowċis Maltin, sabiex josservaw il-livell tal-logħba f’Malta, kif ukoll għal bosta plejers żagħżagħ li jaspiraw li jimxu il-quddiem fil-karriera tagħhom f’ dan l-isport.

L-Iskwadra A msejjħa

Gowlkipers: Clint Mifsud, Dylan Cacciatolo, Brandon Debono , Adem Zouari.

Plejers: Marrwan Telisi, Giancarlo Sammut, Dylan Musù, Andy Mangion, Mark Zammit Claudio Venuto, Melvin Borg, Andrè Ciancio, George Frendo, Armando Gjepali, Aaron Montebello, Karl Sciortino, Michael Borg, Cleaven Portelli, Stefan Camilleri, Neil Cauchi.

L-Iswadra B imsejjħa

Steven Camilleri, Dylan Pace, Denzil Pisani, Ryan Xuereb, Jean Noel Azzopardi, Dylan Mintoff, Aiden Caruana, Nathan Cope.