Il-Ministru Ian Borg jingħaqad ma’ lista twila ta’ deputati u Ministri tal-Gvern li qed isibu ruħhom skomdi b’mistoqsijiet marbuta mal-iskandlu tal-isptarijiet, u l–miljuni li nsterqu minn ħalq il-poplu Malti wara li kienu wegħdu li Karin Grech, l-isptar t’Għawdex u St Lukes kienu se jiġu trasformati fi sptarijiet moderni.
Pruvajna għaldarboħra għal darba darbtejn nistqsu lill-Ministru dwar dan, bit-tama li jweġiba, iżda apparti l-fatt li l-Ministru jidher li jemmen f’demokarzija li tiddistingwi bejn min isegwi media u min isegwi oħra, Ian Borg baqa’ jaħrab milli jagħti tweġiba cara.
Ian Borg qal li dwar dak li jingħad fil-kabinett żgur mhux se jitkellem ma’ Net News.
Jidher ukoll li l-Ministru jaħseb li l-poplu m’għandux dritt ikun jaf x’deals ikun qed jaħmi l-Gvern minn wara bibien magħluqa f’Kastilja… u filfatt, baqa’ ma weġibx anke dwar dan.
Intant, lill-Ministru tat-Trasport staqsejnih ukoll dwar proġett ta’ trasport ġdid tal-massa għal pajjiżna li tħabbar fil-Budget ta’ din is-sena u li dwaru sa issa ftit li xejn nafu, bil-Ministru jgħidilna li l-istudji dwar dan il-proġett issa huma konklużi.
Net News staqsa lil Ian Borg għal xi tip ta’ indikazzjoni ta’ timeframe dwar dan il-proġett, iżda l-Ministru qalilna biss… “issa tkunu tafu”.
//= $special ?>