Lokali

Għaliex il-Gvern ma’ jridx inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Miriam Pace? – PN

Wara pressjoni mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, r-rapport tal-Kumitat Tekniku tal-Industrija tal-Bini, li Robert Abela ried li jżomm mistur kellu jiġi ppubblikat.

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija ffirmata mid-Deputati Karol Aquilina, Claudio Grech u Hermann Schiavone, innota b’sodisfazzjon ir-rakomandazzjonijiet tal-Kumitat intiżi sabiex il-propjetajiet u ħajjet il-persuni jibqgħu jiġu protetti filwaqt li jitwettqu wkoll it-tibdiliet neċessarji li jgħinu lill-istess industrija tal-bini biex topera b’mod effiċjenti u sigur.

Dan hu l-obbligu tal-Gvern Laburista li falla f’dan ukoll, u li issa sar aktar urġenti wara li r-rapport ilu għand