Lokali

Ħidma bla waqfien favur il-ħajja

Meta wieħed jinvesti fl-għajnuna li tingħta lill-mara, din il-ħidma dejjem tissarraf fl-aqwa gid favur il-ħajja.

Hija din il-missjoni tal-Fondazzjoni Life Network, li l-għan aħħari tagħa hu li tgħin lil dawk in-nisa u tfajliet li jkunu għaddejjin minn problemi waqt it-tqala tagħhom.

Din il-ġimgħa qed tkun imfakkra l-Pregnancy Help Week u għalhekk il-Life Network Founation ħasbet biex tqajjem aktar kuxjenza dwar l-għajnuna li tinagħta lil dawk l-ommijiet li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux iridu jkomplu bit-tqala tagħhom.

Is-sena li għaddiet din il-Fondazzjoni kienet strumentali biex ikunu salvati 30 tarbija… nisa li meta saru jafu li qed jistennew tarbija, l-unika ħaġa li ġithom f’moħħhom kienet li jagħmlu abort.

Miriam Sciberras, Chairperson tal-Life Network Foundation qalet li parti mill-ħidma tagħhom hija li jżommu kuntatt kontinwu mas-social workers li jaħdmu Mater Dei. Dan sabiex ikunu jafu eżatt x’neċessitajiet għandhom dawn in-nisa …u jipprovdulhom affarijitet essenzjali għal meta titwieled it-trabija.

Fid-dawl ta’ dan, il-Life Network Foundation ippreżentat numru ta’ hampers lil dawn is-social workers.

Miriam Sciberras saħqet li l-iktar ħaġa importanti hi li lil dawn in-nisa nuruhom li hemm min lest li jismagħħom u  jgħinhom f’dak kollu li għandhom bżonn.

Fost is-servizzi li toffri din il-Fondazzjoni hemm iċ-chatline fuq in-numru 20330023, fejn wieħed isib għajnuna minn  counsillers professjonali li jkunu jistgħu wkoll jiltaqgħu mal-persuna f’kuntatt dirett u privat.